|
Click Notes Bil-Malti fuq il-Kompjuter
|
|
|
Notamenti -
Kors tal-Kompjuter
X'inhu Kompjuter ?
Kompjuter huwa makna eletronika li tahdem bl-eletriku. Informazzjoni tigi mahduma jew processata gewwa il 'processor' li huwa l-mohh intern tal-kompjuter. Wara li din l-informazzjoni tigi mahduma l-kompjuter jurina ir-rizultat fuq l-iscreen jew fuq il-printer. Ghalhekk l-apparat kollu li fih il-kompjuter jissejjah HARDWARE u jigbor fih hafna mill-affarijiet li naraw u mmissu fil kompjuter bhal keyboard, mouse, joystick, monitor, printer, hard disk, floppy disk u CDROM, is-CPU li hija dik il-kaxxa ta hdejn il-monitor fejn hemm il-mohh tal-kompjuter u fejn informazzjoni tigi rekordjata. L-informazzjoni tigi recordjata fuq dawn li gejjien u li hdejhom ghandkom ukoll kemm jesghu karattri. Karattru jistgha jkun numru, ittra tal-alfabet jew xi karattru iehor li ssibuh fuq il-keyboard. Il-memorja tal-kompjuter tigi mkejla f'BYTES fejn kull karattru huwa BYTE. Ezempju jekk jismek RAY, ismek jiehu 3 BYTES memorja fil-kompjuter. Hard Disk tesgha 40,000,000,000 Bytes Floppy Disk tesgha 1,440,000 Bytes CD tesgha 660,000,000 Bytes Il-kelma l-iktar uzata hija MEGABYTES (MB) li tfisser miljun karattru jew byte. Il-komputer jahdem kemm numri kif ukoll karattri. Din l-informazzjoni kollha li l-kompjuter kapaci jiprocessa tissejjah DATA. Wara li din id-DATA tigi mahduma ir-rizultat jissejjah informazzjoni. Biex wiehed ikollu kompjuter komplut barra li ghandu bzonn il-HARDWARE irid ukoll is-SOFTWARE. Is-SOFTWARE huma il-programmi kollha u l-informazzjoni li ahna ndahhlu fil-kompjuter. Ezempji ta' programmi huma dawn :- Computer Games, Windows 95, Paint Program, Internet, Computer Virus, Wordprocessor u Spreadsheet. Program x'inhu ? Program huwa lista ta' instructions li bniedem jaghti lill-kompjuter biex jahdem. Il-kompjuter isegwi dawn il-commands wahda wara l-ohra biex johrog ir-rizultat mehtieg mill-programmer (li huwa l-bniedem li jikteb il-programmi). Waqt li jkun qieghed jipprocessa dawn il-commands il-kompjuter ikun jinhtieg li ntuh xi data mill-keyboard. Din id-data tigi mahduma u ahna nircievu ir-rizultat. Dan ifisser li l-kompjuter ma jahdimx wahdu izda jrid il-programmi biex jahdem. Programmi differenti indahhluhom gol-kompjuter min fuq il-floppy disk u nakkwistawhom billi jew nixtruhom jew nisselfuhom minghand hbieb taghna. Meta nisselfu il-programmi iridu noqghodu ferm attenti li dawn il-programmi ma jkollhomx xi virus li jista, mhux biss igieghel lil kompjuter jahdem hazin izda wkoll li jhassrilna il-programmi u informazzjoni importanti li jkollna fil- hard disk tal-kompjuter taghna. Ghalhekk huwa mehtieg li jkollna program apposta biex meta nisselfu l-programmi minghand il-hbieb dawn niskenjawhom. Il-program apposta biex jelimina il-virus mill-kompjuter huwa ANTI VIRUS program. Rigward il-programmi l-ohra il-Windows 95 huwa l-operating system tal-kompjuter. L-iskop tal-operating system huwa li taghmel cert li l-kompjuter qieghed jahdem tajjeb f'kull hin. Taghmel cert li tohrog messaggi fuq l-iscreen biex b'hekk tghin lill-user tal-kompjuter jifhem x'inhi l-problema. Per ezempju jekk ahna naghtu command lill-printer biex nipprintjaw u l-printer huwa minghajr karti jew mitfi hija l-Windows 95 li tohrog messagg fuq l-iscreen. Fil-Windows 95 hemm hafna izjed programmi bhal Paint u Wordpad li ser naghmluhom fil-kors taghna. Program iehor huwa l-wordprocessor. Program li jintuza biex niktbu l-ittri u naghmlu projetti tal-iskola. F'dan il-program wiehed jista jissejvja fuq id-disk dak li jkun kiteb u jkompli l-ghada jew meta jrid. Dan il-program ghandu wkoll dizzjunarju u anke program biex jiccekja l-ispelling. Spreadsheet huma program iehor nuzawh biex niprocessaw numri u figuri specjalment statistika. F'iskola nuzawh ukoll biex naghmlu t-time tables u listi tal-istudenti.
L-Internet hija sistema fejn il-kompjuter kollha li hawn fid-dinja jistghu jaqbdu ma xulxien. B'hekk ahna nkun nistghu nikkomunikaw ma hbieb taghna anke barra min Malta permezz tal-internet. Biex ikollok l-internet trid ovvjament kompjuter, linja tat-telefon u apparat apposta biex tqabbad il-kompjuter mal-lijna tat-telefon. Dan l-apparat jissejjah MODEM u huwa hardware. Wara trid li tabboghna ma xi kumpanija tal-internet. Din titolbok l-isem u il-password biex tidhol fl-internet. Kull darba li tidhol fl-internet inti taqbad bit-telefon ma din il-kumpanjia taghti il-password it-tajba hu tibda tidhol f'informazzjoni li verament tinteressak. Per ezempju min fuq l-internet tista ggieb informazzjoni ta' ghajnuna ghall-projetti li jkollok l-iskola, tista tixtri u tordna affarijiet li minn hawn Malta difficli li ssib.